Gwida ta’ sigurtà fuq l-Internet għat-tfal u ż-żgħażagħ
L-Internet huwa fenomenu li qed ibiddel il-mod kif naħdmu, niddevertu u nikkomunikaw. Jirrifletti d-dinja kollha, bit-tajjeb u bil-ħażin tagħha. It-tfal u ż-żgħażagħ jħossuhom biċċa waħda ma’ l-Internet u jafu jħaddmu l-kompjuter b’faċilita kbira, pero jafu jgħarfu t-tajjeb u l-ħażin ta’ l-Internet? Jafu x’għandhom jgħamlu biex jgawdu t-tajjeb u jaħarbu l-ħażin?
Id-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni, flimkien mal-Ministeru ta’ l-Investiment u t-Teknoloġija ikkonsultaw ma’ esperti fil qasam tas-sigurtà tat-tfal fuq l-Internet u kisbu d-drittijiet biex ixerrdu materjal informattiv dwar dan is-suġġett. Għal dan il-għan, materjal tal-Kid Smart kien tradott għal Malti u stampat f-forma ta’ fuljetti li ser jitqassmu lill-istudenti kollha fl-ewwel ġimgħat ta’ din is-sena skolastika. Dawn il-fuljetti jagħtu tagħrif siewi dwar prattiċi għal fuq l-Internet, ngħidu aħna li wieħed m’għandux jagħti dettalji personali tiegħu jew ta’ ħaddieħor u li juża r-regoli SMART.
-
S – Safe
-
Ma tagħti qatt ismek jew dettalji personali meta tkun online
-
M – Meeting
-
Ma tifthiemx li tiltaqa’ ma’ xi ħadd li jkun ikkuntattjak minn fuq l-Internet
-
A – Accepting
-
Taċċettax emails jew fajls mingħand nies li ma’ tafhomx
-
R – Remember
-
Ftakar li fuq l-Internet mhux kulħadd min qed jgħid li hu, jekk ma tħossokx komdu meta tkun qed jiċċettja
-
T – Tell
-
Informa lil xi ħadd mill-ewwel jekk tiltaqa’ ma’ xi ħaġa li ddejqek
Kunu żguri li tirċievu l-kopja tagħkom!
Fuljetti Kid Smart (PDF format)
Submit an
Article |
Is your school preparing for an upcoming event? Would you like to share your experiences regarding a project you organised? Do you want to publish an educational article? Then fill in this form and let all students and teachers in Malta, Gozo and abroad know what is going on in your school. |
|