50 sena ta' Edukazzjoni f'Raħal Ġdid

F'għeluq il-ħamsin sena anniversarju mit-twaqqif ta' l-iskola Ġuże Damato f' Raħal Ġdid, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Saint Thomas More, saru numru ta' attivitajiet fejn kemm l-għalliem kif ukoll l-istudenti ħadmu bis-sħiħ sabiex dan l-avveniment ikun suċċess. L-ewwel ħaġa li saret għal dan l-avveniment kien it-tfassil ta' logo ġdid għall-iskola, fejn fih insibu pagun miexi fuq ktieb. Il-pagun jissimbolizza l-arma tal-Granmastru Fra Antoine de Paule li kien il-persuna li bena Raħal Ġdid (Paola) u l-ktieb jfisser l-għodda li permezz tiegħu l-għalliem jwassal l-edukazzjoni meħtieġa għall-iżvilupp ħolistiku ta' l-istudent.

50 sena ta' Edukazzjoni f'Rahal Gdid

Fit-23 ta' April 2008 l-E.T. Mons. Arcisqof Pawlu Cremona ġie mistieden sabiex iżur l-iskola Ġuże Damato. L-arċisqof dar ma' l-iskola u iltaqa' mat-tfal, ma' l-għalliema, mal-prinċipal tal-kulleġġ, l-kap ta' l-iskola, nies distinti u anke ex-kapijiet li għadhom ħajjin. Infetħet irħama kommemorattiva bl-ismijiet tal-kapijiet ta' l-iskola kollha li servew fl-iskola u din ġiet imbierka minn Monsinjur Arcisqof stess. Wara saret mixja simbolika mill-iskola sal-parroċċa ta' Kristu Re. Hemmhekk Monsinjur Arċisqof għoġbu jiċċelebra quddiesa animata b' mużika sabiħa li ndaqqet mill-"University Junior College Orchestra". Din ġiet miġjuba għal ta' l-apposta għall-okkażjoni u tmexxiet minn Mro.Emanuel Pirotta (għalliem fl-iskola Ġuże Damato) stess.

50 Anniversarju - Guze Damato Paola

Fil-25 ta' April 2008 ittellet lejla kulturali fis-sala ta' l-iskola innifisha. Għall-okkażżjoni ġew mistiedna ex-edukaturi u kapijiet li kellhom x'jaqsmu ma l-iskola fil-ħamsin sena li din kienet miftuħa. Il-programm tal-lejla kulturali kien jikkonsisti f' kunċert mill-banda Filarmonika Fra Antoine de Paule, kant minn Lawrence Gray (ex-student ta' l-iskola), qari ta' poeżija mis-Sur Alfred Massa, feature maħdum dwar l-istorja tal-ħamsin sena ta' l-iskola innifisha u diskorsi mill-kap ta'l-iskola u l-prinċipal tal-kulleġġ rispettivament. Wara inkixfet irħama kommemorattiva li tfakkar il-ħamsin sena.

Guze' Damato Paola - 50 Anniversarju

Fit-30 ta' April 2008 saret Open Day fejn ġew esibiti ħafna mix-xogħolijiet tat-tfal li kienu bit-tema tal-50 anniversarju. Bosta ġenituri tat-tfal li jattendu l-iskola u oħrajn mill-primarji viċin attendew għal din l-attivita'. Waqt l-Open Day il-ġenituri kellhom ukoll l-opportunita' li jaraw lill-istudenti ta' Ġuże Damato waqt il-ħin ta' l-iskola normali tagħhom.

 

Submit an
Article

Is your school preparing for an upcoming event? Would you like to share your experiences regarding a project you organised? Do you want to publish an educational article? Then send us an email and let all students and teachers in Malta, Gozo and abroad know what is going on in your school.

 

 

Home | Primary | Secondary | Teachers & Parents | Web Services | Articles | Circulars | About us

Acceptable Use Policy | Data Protection Policy | Quality Service Charter | Site Map | Contact Us

 

© Department of Technology in Education
Education Division - Malta